It-tennista Andy Murray sar missier għat-tielet darba. Dan wara li martu Kim welldet tifel.
Il-koppja li diġà kienu ġenituri ta’ żewġt ibniet ħabbru li għadhom iridu jagħżlu isem għaċ-ċkejken tagħhom.
Fi intervista li ta ftit taż-żmien qal li hu sa jagħmel dak kollu li jista’ biex jikkontribwixxi fit-trobbija tat-tliet uliedu li kollha għandha anqas minn tliet snin. Murray sostna li huwa konxju li l-karriera tat-tennies mhijiex għall-dejjem għalhekk huwa importanti ferm li jsib bilanċ bejn il-karriera u l-familja.