Fl-ewwel laqgħa tal-Grupp Parlamentari Laburista s-Segretarju Parlamentari, Andy Ellul inħatar il-whip tal-grupp parlamentari Laburista. Id-Deputat Naomi Cachia, se sservi ukoll bħala Assistant Whip tal-Grupp. Dan ħabbru l-Partit Laburista fi stqarrija.

Fil-bidu ta’ din il-laqgħa, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-irwol importanti li għandu l-grupp parlamentari fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, b’mod partikolari mal-programm leġiżlattiv ambizzjuż li għandu l-gvern għaż-żmien li ġej.
Fi stqarrija mill-Partit Laburista intqal kif il-Grupp Parlamentari Laburista ltaqa’ għall-ewwel darba fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li l-proċess elettorali ntemm għal kollox nhar it-Tlieta li għadda.