Andy Ellul ħa l-ġurament ta’ Membru Parlamentari fil-bidu tal-ewwel seduta Parlamentari ta’ din is-sena.
Dr Ellul inħatar Deputat Laburista wara li ġie approvat mill-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista.
Ellul, li huwa avukat, kien attiv fil-proċess parlamentari permezz tat-tfassil ta’ riformi u liġijiet importanti, b’mod speċjali fil-qasam soċjali u dak tal-familja.
Wara l-ħatra tiegħu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, f’indirizz qasir, Dr Ellul stqarr li huwa onorat u privileġġjat għal din il-ħatra, u li jħares ’il quddiem li jwettaq dak kollu li huwa fl-interess ta’ Malta.
Sostna kif dan se jagħmlu b’rispett lejn ż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.