L-istilla tal-midja soċjali kontroversjali Andrew Tate u ħuh Tristan se jinħelsu mill-arrest iżda xorta waħda se jkunu taħt għajnejn stretti hekk kif b’mod immedjat iridu jsegwu r-regoli ta’ ‘house arrest’.
Dan skont deċiżjoni li ngħatat mill-Qorti tal-Appell f’Bucharest fir-Rumanija.
Żewġ persuni oħra kompliċi mal-aħwa Tate wkoll se jkunu qed jingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Huma l-erbgħa ngħataw l-ordni sabiex jibqgħu ġewwa l-binja li jgħixu fiha u ma jistgħux joħorġu minnha sakemm ma jkollhom permess mill-ġudikatura.
L-aħwa Tate ilhom arrestati minn Diċembru li għadda u qed jiġu investigati fuq allegazzjonijiet ta’ stupru, traffikar ta’ persuni u fuq kriminalità organizzata. L-aħwa ċaħdu kull allegazzjoni.