Il-Pulizija fir-Rumanija, wettqu rejd oħra fir-residenzi tal-influencer kontroversjali, Andrew Tate, b’rabta ma’ diversi allegazzjonijiet ġodda li nħarġu fil-konfront tiegħu.
Tate, kien diġà qed jistenna li jgħaddi ġuri b’rabta ma’ stupru u traffikar uman, iżda issa jista’ jkun li jiġi mixli wkoll bi traffikar u sess ma’ minuri, kif ukoll ħasil ta’ flus, u intralċ tal-provi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Andrew Tate, u ħuh Tristan, li għandhom ammont ta’ segwaċi fuq il-midja soċjali, ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet fil-konfront tagħhom.
Huma ġew arrestati fir-Rumanija, fl-2022.