Andrew Mangion ta’ 40 sena, suspettat ewlieni tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker, stqarr ma’ xi ħadd li jiġi minnu li kien qatilha.
Dalgħodu t-Times tikkonferma dak li dan is-sit kien irrapporta – li Andrew Mangion allegatament fittex l-għajnuna ta’ xi ħadd viċin tiegħu wara l-qtil.
Eleanor Mangion Walker instabet mejta l-Ħadd filgħaxija f’maħżen fi Triq il-Kummerċ, Ħal Qormi. Il-Pulizija mhix teskludi li nqatlek f’post ieħor u ttieħdet fil-maħżen. Sorsi qalu li xi ħadd jiġi minn Mangion, li kien fi stat ta’ xokk, mar jirrapporta li Eleanor inqatlet. Irrapporta wkoll li Andrew Mangion qallu b’kollox u talbu l-għajnuna biex jeħles mill-katavru, iżda irrifjuta. Hu maħsub li kien f’dan il-punt li Andrew Mangion sparixxa, wara li qal lil dak li jiġi minnu li kien iddisprat tant li kien lest jispara lilu nnifsu.
Il-Pulizija mbagħad sabet raġel bla ħajja fuq jott ftit ‘l bod mill-kosta ta’ San Ġiljan nhar it-Tnejn filgħaxija, u dan inkwieta lill-investigaturi. Iżda irriżulta li dan kien il-katavru ta’ persuna barranija u ma kellu xejn x’jaqsam mal-każ Walker.