Hibernians FC ħabbru lid-difensur Andrei Agius ser jerġa jilgħab ma’ Hibernians FC għal staġun ieħor qabel uffiċjalment jirtirna bħala plejer. Filfatt Hibernians u Agius waslu f’ftehim sabiex il-plejer jiffirma kuntratt għal sena oħra.
Jidher li kienet ix-xewqa tal-plejer li jirtira bil-flok ta’ Hibernians FC qabel ma jkompli bil-karriera tiegħu bħala kowċ.
F’post fuq facebook, Agius irringrazzja lill-President Ranier Bezzina u lit-team manager Jesmond Abela li reġaw tawh din l-opportunita li jerġa jilbes il-flok għal aħħar darba bħala plejer ta’ Hibernians FC.