ACR Messina FC huwa l-klabb li miegħu se jkompli l-karriera l-attakant internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Andrea Zammit.
Huwa mifhum li Zammit kien qed jiġbed l-interess ta’ dan il-klabb li jikkompetti f’Serie C fl-Italja u diskussjonijiet ma’ Valletta FC kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ġimgħat.
Zammit wasal f’ftehim mat-tim mill-kapitali sabiex jinħall mill-kuntratt li kellu u eventwalment jingħaqad ma’ Messina FC.
Indubajment Andrea Zammit huwa wieħed mill-aktar plejers prometenti tal-futbol Malti u din l-esperjenza barra mill-pajjiż żgur se tgħin fl-żvilupp ta’ dan iż-żgħażugħ.