F’Novembru li ġej, iż-żewġ tenuri internazzjonali, Joseph Calleja u Andrea Bocelli, se jagħtu kunċert f’pajjiżna, xahar bogħod mill-Milied, jiġfieri fil-25 ta’ Novembru li ġej.
Dan il-kunċert, li se jsir fl-MFCC, f’Ta’ Qali, se jara l-akkumpanjament tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u l-Kor tat-Tfal ta’ Joseph Calleja sponsorjat mill-Bank of Valletta.
Calleja stqarr li hu u Bocelli jinsabu fuq ix-xwiek biex jagħtu serata mil-aktar maġika lill-udjenza.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo stqarr li għall-ispettaklu mistennija jattendu anki turisti li se jkunu qed iżuru Malta fil-ġimgħat li ġejjin, tant li huma avvenimenti bħal dawn li jagħmlu pajjiżna destinazzjoni għas-sena kollha.
Il-biljetti għall-kunċert jistgħu jinxtraw mil-lum minn dan is-sit.
Il-kunċert qed jiġi organizzat minn greatt bl-appoġġ ta’ Visit Malta u b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu u l-BOV.