Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-kantawtur Andrea Bocelli kkanċella żewġ kunċerti li kellhom jittellgħu f’Marbella u Cap Roig, kien hemm biża’ kbira li kien se jiġri l-istess għall-kunċert li hu mistieden fih nhar is-Sibt li ġej f’Malta
Sorsi fi ħdan l-organizzazzjoni tal-kunċert ikkonfermaw ma’ ONE News li Bocelli se jkun qed jattendi għall-kunċert ta’ Joseph Calleja ta’ għada filgħaxija.
Kienu bosta persuni li ppjanaw li jattendu għal dan il-kunċert li bdew jibżgħu li Bocelli mhux se jkun jista’ jattendi, dan wara li din il-ġimgħa kkanċella żewġ kunċerti għax kellu każ serju ta’ bronkite u kellu bżonn ftit jiem biex jerġa’ jirkupra lura saħħtu.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu intqal ukoll kif l-organizzaturi qed jagħmlu minn kollox biex jirranġaw sabiex iż-żewġ kunċerti li ġew kkanċellati jsiru fil-futur qarib.