L-eks plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri rritorna lura f’Ċipru hekk kif ser ikun qiegħed jieħu f’idu t-tmexxija tat-tim ta’ taħt il-15 il-sena ta’ Apollon FC. Schembri lagħab mat-tim ta’ Apollon FC bejn l-2017 u l-2019 u r-relazzjoni tiegħu mal-klabb baqgħet waħda tajba.
Andrè Schembri l-irtira mill-futbol kompetittiv aktar kmieni din is-sena sostna li dan kien il-pass naturali tiegħu fil-futbol.