Fuq il-paġna tal-Facebook, il-plejer Malti Andre Schemri ħabbar li wara tlettax-il sena ser ikunu qed jirtira mix-xena tal-futbol kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali.
Huwa qal li ser ikun qed jirtira sabiex jiffoka fuq affarijiet oħra relatati ma’ dan l-isport.
Il-plejer Malti qal li jħossu onorat li f’dawn is-snin huwa lagħab ma’ diversi timijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali, fosthom Olympiacos Volou, Panionios, Omonia, FSV Frankfurt, Boavista, Apollon Limassol, Chennaiyin FC u Marsaxlokk, Hiberians u t-tim Nazzonali Malti.