Il-footballer Malti André Schembri ħabbar li se jirtira min-Nazzjonal wara aktar minn 20 sena fit-tim. F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Schembri qal li jħoss li wasal iż-żmien li jħalli plejers oħra jieħdu postu.
Żied jgħid li jħossi pożittiv ferm bl-uċuħ ġodda fix-xena u li għandhom dritt jiffjorixxu fis-settur.
Schembri, li għandu 32 sena, qal li minħabba l-età tiegħu huwa wasal lejn tmiem il-karriera tiegħu.
“Kien unur u privileġġ li rrappreżentajt lill-pajjiżi f’kull livell. Dejjem kont kburi li lbist il-flokk ta’ Malta”, qal Schembri.
Huwa żied jirringrazzja lill-qrabatu, sapporters, u kowċes, u kollefi tiegħu li ħadem maħghom tul il-karriera tiegħu.
“Kien vjaġġ inkredibbli”, temm jgħid Schembri.