Il-Perit Andre Pizzuto ġie elett mill-ġdid bħala l-President tal-Kamra tal-Periti.
Il-Perit Pizzuto faħħar il-progress li sar fl-aħħar sentejn b’rabta mal-professjoni tal-periti. Iddeskriva l-liġi l-ġdida tal-Periti bħala riforma kbira li se tiġi fis-seħħ dalwaqt. It-tieni riforma kbira li faħħar hija l-liġi dwar l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, li ddeskriviha bħala pass kritiku ’l quddiem għall-industrija.
Il-President tal-Kamra tal-Periti faħħar lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi, talli ta widen għall-proposta tal-Kamra biex jiġi ffurmat bord konġunt b’rappreżentanza ugwali tal-Kamra u tal-Gvern biex jipproduċi l-ewwel Politika Nazzjonali dwar l-Arkitettura.
Il-Perit Pizzuto qal li l-Ministru Zrinzo-Azzopardi kontinwament wera r-rieda u l-impenn f’kull laqgħa li kellhom miegħu biex jitwettqu riformi effettivi u b’konsultazzjoni mal-Kamra.