Kienu bosta familji li l-Ħadd irħewlha lejn Marsaxlokk għall-ikla ta’ nofsinhar u ONE News tkellem ma’ diversi persuni li kellhom reazzjoni pożittiva għall-miżura taċ-ċertifikat tal-booster biex wieħed jidħol f’ristorant.
Ħafna qalulna li ħassewhom aktar siguri li madwarhom ikun hemm nies imlaqqma kontra l-Coronavirus.
F’jum impenjattiv hekk kif l-imwejjed malajr imtlew, diversi sidien ta’ ristoranti qalulna li huwa proċess faċli ħafna biex jiċċekkjaw il-validità taċ-ċertifikat tal-booster.
Qalu wkoll kif il-fatt li ma baqax distanza soċjali bejn l-imwejjed, għen ħafna lis-sidien biex jkomplu jimxu ’l quddiem wara l-pandemija.