Is-Sibt saret it-tieni tiġrija taċ-Cisk 0.0 National Points Series tal-Mountainbikes. Ospitata mill-Malta Mountain Bike Association fl-Imġarr, din il-korsa partikolari hija meqjusa bħala waħda mill-aktar tekniċi u ta’sfida tas-Serje.
Luke Borg, favorit li jitla’ fuq il-podju wara r-rebħa tiegħu fl-ewwel tiġrija, kien qed jagħmel progress meta ħa postu fuq quddiem, b’numru ta’ ċiklisti fosthom Anchu Kogl, Jason Vella, Clyve Chetcuti, u Mark Bonnici jsergwuħ. Panċer fit-tielet dawra, ratu jitlef postu. Bħalu sofrew panċers Brandon Sultana u Etienne Cutajar, filwaqt li ħabta fl-ewwel dawra kważi raw it-tamiet ta’ Vella li jikseb post fuq il-podju, imfixkla. Minkejja dan, b’determinazzjoni Vella reġa’ ħa postu mal-grupp ta’ quddime flimkien ma Kogl u Chetcuti. Fl-aħħar mill-aħħar kien Kogl li spiċċa l-ewwel quddiem segwit minn Vella u Chetcuti.
Kien hemm aktar diżappunt fil-Kategorija tan-Nisa meta Diana Muscat, li kienet għonq ma’ għonq ma’ Marie Claire Aquilina, sofriet destin simili li rriżultat f’li tilfet iċ-ċans li tkun fuq il-podju. Aquilina rebħet it-tellieqa b’vantaġġ komdu fuq Lara Buttigieg li kisbet it-tieni post. Fiona Tedesco spiċċat fit-tielet post.
Fil-Kategorija Sport, Josmar Vella mar fil-vantaġġ biex ħa r-rebħa. Warajh fuq il-podju segwew Robert Grech u Christian Zammit. Intant fil-Kategorija 40+, Joaquin Rojas żamm is-sensiela tar-rebħ tiegħu, b’żewġ rebħiet minn żewġ tiġrijiet. Fit-tieni post kien hemm Liran Ben-Ari u Alex Portelli. Il-Kategorija 50+ rat lill-veteran Patrick Scicluna jagħmel l-ewwel dehra tiegħu għall-istaġun b’rebħa, segwit minn Stephen Grima. Fit-tielet post spiċċa Carmelo Abela.
It-tellieqa rat l-introduzzjoni mill-ġdid tal-Kategorija E-Bike wara assenza ta’ ftit snin. Il-Kategorija intrebħet minn Robert Magro, b’Kenneth Galea u Keith Bartolo jsegwu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Sadanittant, bosta sewwieqa junior ipparteċipaw f’diversi kategoriji. Fil-kategorija U19, fuq il-podju telgħu James Vassallo, Kyle Scicluna, u Saviour Vella. Ryan Gatt kien l-uniku sewwieq li spiċċa fil-kategorija tas-subien U17.
Kompetizzjoni qawwija żvolġiet kemm fil-kategoriji tas-Subien u tal-Bniet U15. Liam Daly kiseb ir-rebħa fil-kategorija tas-Subien, b’Neil Cassar u Jake Refalo jieħdu posthom fuq il-podju. Il-battalja għall-podju tal-Bniet U15 kien fiha l-istess trio tat-tellieqa preċedenti, b’Nina Debono testendi s-serje ta’ rebħiet tagħha. Kim Micallef Cann għelbet lil Katie Anne Vella Wood biex din id-darba kiseb it-tieni post.
Fil-kategorija tas-Subien U12, Zac Bugeja reġa’ kiseb l-ewwel post, segwit minn Zack Saliba u Kurt Grech. Mickaya Fava ħarġet rebbieħa fil-kategorija tal-Bniet U12, quddiem Ria Debono.
Il-Malta Mountain Bike Association hija appoġġjata miċ-Cisk 0.0 Lager, Gatorade u San Michel. L-Assoċjazzjoni rringrazzjat ukoll lill-ERA – Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, u lill-Pulizija tal-Komunità għall-għajnuna tagħhom.
It-tellieqa li jmiss se ssir is-Sibt 20 ta’ April f’Pembroke. It-tlielaq se jibdew bil-Kategoriji Junior fis-2pm.