L-NSO ippublikat statistika reġjonali li tinkludi informazzjoni soċjo-ekonomika kif ukoll analiżi dettaljata dwar id-demografija, it-trasport, it-turiżmu, l-edukazzjoni, r-riżorsi, l-ambjent, l-agrikultura u s-sajd.
Din il-pubblikazzjoni hija l-ewwel tax-xorti tagħha u tagħti stampa komprensiva tar-reġjuni kollha ta’ Malta u Għawdex.
Il-pubblikazzjoni mmirata sabiex iżżid l-għarfien fuq bażi reġjonali u tassisti n-nies sabiex jifhmu u janalizzaw l-elementi differenti li jżewqu lill-Malta.