Wara li fl-2015 kien tħalla kappell fuq ix-xena ta’ hold-up, analażi tad-DNA fuq l-kappel wassal biex l-Pulizija tarresta lil Miriam Elabed.
Iż-żagħżugħa ta’ sebgħa u għoxrin sena mill-Gżira, wieġbet mhux ħatja għall-involviment tagħha fl-attentat ta’ serqa b’arma fuq koppja Serba u serqa oħra bl-istess mod fuq mara anzjana.
L-aggressur kien maħsub li kien raġel iżda l-analiżi tad-DNA fuq kappell li l-aggressur waqqa’ wera li d-demm kien ta’ mara.
Il-Maġistrat Axiaq laqa’ t-talba tad-difiża u ta libertà proviżorja lit-tfajla.