Il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti Joe Biden ikkundanna l-ħatra hekk imsejħa mgħaġġla ta’ Amy Coney Barrett fil-Qorti Suprema tal-Istati Uniti, ġimgħa qabel l-elezzjoni.
Amy Coney Barrett se sservi fl-ogħla Qorti tal-pajjiż wara li kienet innominata mill-President Donald Trump biex tieħu post Ruth Bader Ginsberg. Hija se tkun qed isservi f’isem il-Partit Repubblikan ta’ Trumpm li issa għandu l-maġġoranza fil-Qorti Suprema.