Fir-rapport annwali tagħhom għas-sena 2016, Amnesty International għandhom sezzjoni dwar id-drittijiet sesswal u riproduttivi taċ-ċittadini Maltin. Hawn innotaw biss li l-abort huwa projbit f’pajjiżna f’kull ċirkostanza, anke meta ħajjet il-mara tkun f’riskju.
F’Mejju l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) u Guttmacher Institute qalu li li huwa stmat li tqala minn kull erba’ jispiċċaw f’abort. ‘The Lancent’, ġurnal mediku Ingliż, irrapporta li f’sena jsiru madwar 56 miljun abort, ċifra ferm akbar milli wieħed kien jaħseb.
Hawn Malta s-suġġett huwa sensittiv ħafna, kif jixhed id-dibattitu mqanqal dwar jekk il-morning after pill hix abortiva jew le.