Il-kumpanija Trafigura, li f’Malta nafuha sew minħabba r-rabtiet mal-iskandlu taż-żejt, qed tiffaċja pressjoni kbira fuq rimi ta’ skart tossiku fil-Kosta tal-Ivorju.
Trafigura qatt ma’ qalet x’kien eżatt il-540,000 litru ta’ skart tossiku li ntefa’ fi 18- il sit f’Abidjan fid-19 ta’ Awwissu 2006.
Iktar minn 100,000 persuna kellhom ifittxu attenzjoni medika minħabba dan bis-sintomi jinkludu sturdament u problemi tan-nifs. L-awtoritajiet irrapportaw ukoll 15-il mewt.
Amnesty international qed tgħid li għaxar snin wara wieħed mill-ikbar diżastri tas-seklu wieħed u għoxrin Trafigura u l-gvernijiet abbandunaw lill-vittmi. Intqal li kieku xi ħaġa bħal din saret f’Londra min jaf x’kien jiġri, iżda għax seħħet fl-Afrika qisu xejn mhu xejn.