Malcolm James Gilford ta’ 25 sena miż-Żurrieq ingħata sentenza sospiża wara li ammetta l-akkużi li seraq ammont ta’ fjuwil minn pompa tal-petrol fil-Blata l-Bajda għad-dannu tal-Aġenzija tal-Infurzar, il-LESA.
Fil-qorti ħareġ li l-akkużat mela l-karozza, mutur u anke landa bil-fjuwil.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundanat liż-żagħzugħ, li huwa riċediv, 19-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin.