Acid Muhammad Abdillahi ta’ 24 sena mis-Somalja nżamm arrestat wara li fil-Qorti ammetta li hedded u offenda żewġ kuntistabbli tal- Pulizija waqt li kienu xogħol.
Il-każ seħħ fl-għodwa tad-19 ta’ Ġunju f’San Ġiljan, waqt li l-akkużat kellu fuqu xorb alkaħoliku mhux f’kontenut xieraq fil-pubbliku. Allegatament huwa kien xurban.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li huwa reċidiv, fil-fatt intqal fil-Qorti li hu kien diġà serva sentenza ħabs fuq każ ieħor, u kien ilu biss xahar li nħeles.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ordnat sabiex ir-raġel jibqa’ jinżamm taħt arrest biex il-Qorti tikkunsidra wkoll każijiet preċedenti tal-akkużat.
Il-Prosekuzzjoni f’ dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer