Godfrey Formosa tat-38 sena min-Naxxar tressaq il-qorti akkużat li għamel użu minn ċertifikati b’dikjarazzjonijiet foloz, li ffalsika kuntratt privat u li uża vettura mingħajr liċenzja valida.
Formosa, li ma kienx rappreżentat b’avukat, ammetta mal-pulizija li influwenza persuna li tagħmel it-testijiet tal-VRT biex tgħaddilu l-karozza mit-test minkejja li kienet diġa falliet darbtejn.
Ċertifikat li ppreżenta lil Trasport Malta biex ħarġitlu l-liċenzja tat-triq. Il-Qorti nnutat li Formosa ikkollabora mal-pulizija u għalhekk ma sabitx oġġezzjoni li jingħata piena minima li se tkun stabbilita jumejn oħra.