Amar Yasr Zeidan ta’ tmintax-il sena ntbagħat sitt xhur ħabs wara li ammetta li prova jidħol f’Malta b’passaport ta’ ħaddieħor.
Fil-Qorti ntqal kif l-imputat kien twieled f’Malta stess, għalkemm ma nstabu ebda provi ta’ dan. Jidher li dan mar lura s-Sirja ma’ familtu, fejn sfortunatament inqatel missieru fil-gwerra u għalhekk reġa’ ġie lura f’pajjiżna.
Id-Difiża kompliet tgħid kif l-akkużat saħansitra għandu proprjetà f’Malta li kien xtara missieru.
Il-Prosekuzzjoni appellat għal sentenza ta’ ħabs, hekk kif il-Qorti għandha d-dover li tagħti sentenzi li jservu bħala deterrent għal dawn it-tip ta’ reati.