F’filmat li ttella’ fuq Youtube ż-żewġ parteċipanti tal-programm Taljan Amici, Einar u Carmen, iddiskutew x’se jkunu qed jagħmlu waqt il-vaganzi tagħhom fejn f’ħin minnhom issemmiet Malta.
Waqt din id-diskussjoni, Einar beda jsemmi bosta postijiet fejn jaf iżur mat-tfajla tiegħu fosthom Cuba, il-Maldivi u Sqallija.
Meta staqsa lil Carmen x’se tagħmel fil-vaganzi tagħha, Carmen qaltlu li forsi tmur fuq xi gżira li għandha bajjiet sbieħ, kif għandha fi Sqallija. Kien proprju f’dan il-mument li Einar qalilha “jiġifieri barra mill-pajjiż le? forsi Malta” biż-żewġ parteċipanti jgħidu le u jinfaqgħu jidħqu.
Huma komplew billi qalu “forsi mmorru nżuru lil Emma…”, l-eks parteċipanta Maltija li waslet sas-semi-finali, bid-diskussjoni tagħhom tkompli bit-tnejn li huma jgħidu “imsomma, għalfejn le?!”
Emma Muscat, il-kantanta Maltija kienet fost il-parteċipanti fil-programm Taljan Amici fejn waslet sas-semi finali. Waqt il-programm spikkat l-opinjoni b’saħħitha li kellha Carmen dwar Emma, bil-parteċipanta Taljana dejjem kienet toħloq kwistjoni.