Tliet persuni, fosthom tifla ta’ ħames snin, ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Mosta li kienet tinvolvi bejn tliet vetturi.L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi Triq il-Missjunarji Maltin fil-Mosta meta seħħ impatt bejn karozza tat-tip Fiat Ibiza, trakk tat-tip Leyland u vettura tat-tip Opel Corsa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu sabiex jassistu fejn ħadu lil tifla ta’ ħames snin, mara ta’ 32 sena u raġel ta’ 54 sena kollha mir-Renju Unit jirrisjedu l-Qawra l-isptar.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.