L-ambjentalist Alfred Baldacchino kellu kliem ta’ twissija dwar tip ta’ susa li qed tkun irrapportata ftit ‘l bogħod minn Malta.
Is-susa bl-isem xjentifiku ta’ Xylosandrus Compactus ġiet innutata f’Ragusa Sqallija fir-rebbiegħa tas-sena l-oħra, fejn qerdet ħafna friegħi mis-siġra tal-ħarruba.
Dan l-insett ħafna drabi jsib siġar u arbuxelli dgħajfa, iżda dan l-aħħar jidher li kien hemm ukoll siġar friski li ntlaqtu mis-susa. Permezz ta’ blog tiegħu, Baldacchino esprima opinjoni voċifera ħafna. Fi kliemu:
“Mill-esperjenza li għandi ta’ dan il-pajjiż, issa nistennew u nitolbu biex din is-susa ma ssibx ruħha hawn Malta. U meta tidħol imbagħad ngħidu li daħlet u nibku ftit ukoll u ngħidu ara x’ġaralna! Imbagħad inwaqqfu l-importazzjoni ta’ dawk is-siġar li din is-susa tista’ tiġi magħhom. Jew inkella nivvintaw xi bexx biex inbigħuh lil dawk li għandhom xi siġra tal-ħarrub biex inkomplu ngħinu lil dawk li l-għan tagħhom huwa li jagħmlu l-qliegħ mill-injuranza ta’ dawk li jmexxu.