Fi tmiem seminar li fih ġie diskuss il-mod li bih intrapriżi żgħar u medji jistgħu jibbenefikaw minn inċentivi li ħafna minnhom ma jkunux jafu bihom. Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech tkellem kif l-aċċess għall-finanzi huwa limitat madwar id-dinja, iżda l-Gvern Malti huwa komess li jgħin lil intrapriżi żgħar u medji jkomplu jikbru f’pajjiżna.
Filfatt, din is-sena fond ta’ €100 miljun se jkun qed jgħin lil dawn il-kumpaniji fl-operat tagħhom.
Id-Deputat Prim Ministru għamel referenza għall-Malta Development Bank, li se jipprovdi finanzjament lil kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiffinanzjaw lilhom infushom mis-suq. Il-MDB jista’ wkoll jappoġġa proġetti infrastrutturali meta l-finanzjament ma jkunx biżżejjed jew mhux disponibbli fis-suq. Jista’ wkoll jipparteċipa fi strumenti finanzjarji tal-UE, bħal COSME (programm tal-UE għall-SMEs), Orizzont 2020 jew il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li għandu l-għan li jappoġġa investimenti strateġiċi f’oqsma ewlenin fl-UE kollha.Dan il-bank huwa mistenni li jkun approvat mill-Parlament sal-aħħar ta’ din is-sena.
Bħalissa qed jigi studjat kif dan il-bank jista’ jagħmilha aktar facli għal SME’s biex jiftħu f’pajjiżna. Louise Grech żied jgħid ukoll li dan il gvern ser jagħmel minn kollox biex l-SME’s ikollhom aċċess għal finanzi u investiment. Huwa temm jgħid li l-Gvern se jkompli jaħdem sabiex pajjiżna ikollu ambjent sigur għal aktar investiment u tkabbir ekonomiku.