Gvern Laburista se jkun qed jipproteġi l-ambjent u jimplimenta numru ta’ miżuri favur ambjent aħjar għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
- Protezzjoni Ambjentali
- Tissaħħaħ il-protezzjoni ta’ skemi barra miż-żoni ta’ żvilupp
- Minn impjant ta’ riċiklaġġ għal spazju miftuħ għall-familji
PROTEZZJONI AMBJENTALI
Gvern Ġdid jara li l-protezzjoni ambjentali u d-dritt għal arja nadifa u saħħa ambjentali, kif ukoll id-dritt għal azzjoni favur l-ambjent, ikunu mnaqqxa fil-Kostituzzjoni ta’ Malta Il-protezzjoni ambjentali tingħata prijorita’ u piż, f’ kull deċiżjoni maġġuri tal-Gvern.
PROTEZZJONI TA’ SKEMI BARRA MIŻ-ŻONI TAL-IŻVILUPP IMSAĦĦA
Gvern Ġdid ikun kommess li ma jsir ebda proġett pubbliku maġġuri barra ż-żona tal-iżvilupp.
MINN IMPJANT TA’ RIĊIKLAĠĠ GĦAL SPAŻJU MIFTUĦ GĦALL-FAMILJI
Gvern Ġdid huwa mpenjat li jagħlaq l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant Antin f’Marsaskala darba għal dejjem u floku jsir spazju miftuħ fejn il-familji jgawdu f’ambjent nadif u san. Il-pjan ikun imqassam fuq żewg fażijiet:
- Fl-ewwel fażi, jiġi rilokat il-proċess tal-black bag (domestic waste) għall-impjant il-ġdid tal-Magħtab, u jiġi estiż il-proġett tal-organic bag fuq skala nazzjonali. B’dan il-proċess ikun tneħħa għal kollox dak kollu li jikkawza l-irwejjaħ fl-impjant ta’ Sant Antnin f’Marsaskala
- Fit-tieni fażi jiġu traslokati wkoll ir-recyclables li ma jikkawżawx irwejjaħ.
Il-proċess għandu jitlesta fuq perjodu ta’ 7 snin.