Tidħol fir-Rainbow ward u fejn mingħalik se ssib ambjent ta’ dwejjaq, issib kuluri, tbissim, logħob u ferħ.
Fir-Rainbow Ward, fl-Isptar tal-Onkoloġija, tirrenja l-mentalita li l-ambjent huwa parti mill-fejqan. U l-istaff flimkien mat-tfal u l-ġenituri, jaħdmu b’hena lejn il-fejqan.
Ftit inqas minn sentejn ilu r-Rainbow Ward iċċaqalqet minn Mater Dei propju għall-isptar tal-Onkoloġija, u minnufih beda x-xogħol minn Puttinu Cares biex din is-sala tkun iktar attrezzata u akkoljenti. Kif spjegatilna Angele Cuschieri, Viċi President ta’ Puttinu Cares, u Nursing Officer f’din is-Sala.