Fid-diskors tal-baġit il-Ministeru Scicluna qal kif se jkun qed jitnieda proġett pilota sabiex jiġi introdott il-kunċett ta’ green infrastructure fiż-żoni industrijali sabiex jogħla l-livell tal-ambjent fejn jaħdmu l-ħaddiema Maltin.
Filwaqt li se toħroġ sejħa pubblika għat-tindif tal-miżbla antika fil-Marsa, fejn se tinbidel f’żona industrijali ġdida, żona għall-isport u anke żona ta’ rikrejazzjoni.
Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal kif is-settur tal-manifettura se jkompli jissokta ir-riġenerazzjoni tal-villaġġ tal-artiġjanat f’Ta’ Qali u l-iskemi Business Start u Startup Finance.