F’dawn l-aħħar jiem smajna bis-sistema ‘Amber Alert’ sistema Ewropeja li ser ikun qed juża l-Korp tal-Pulizija meta jkun hemm każijiet ta’ tfal neqsin, maħtufa jew fil-periklu.
Madankollu forsi mhux kulħadd fehem kif ser tkun qed taħdem din is-sistema u s-sehem tal-pubbliku f’din is-sistema.
Malta ser tkun ir-raba’ pajjiż li se tuża s-sistema ‘Amber Alert’ li ser tippermeti ‘l-Pulizija Maltija jagħmlu użu minn arranġament strutturat u effiċjenti meta jkun hemm biża ta’ tfal maħtufin, neqsin jew inkella f’periklu.
L-Ispettur Paula Ciantar spjegatilna dwar din is-sistema li bdiet fl-Amerka wara li kienet ġiet irrapurtata nieqsa tifla bl-isem ta’ Amber Haggerman. Ftit wara din instabet mejta.