L-Ambaxxatriċi l-ġdida tal-Irlanda għal Malta. Caroline S. Whelan, ippreżentat l-ittri tal-kredenzjali tagħha lill-President ta’ Malta, George Vella, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Huma rreferew għaż-Żjara Statali f’Malta mill-President Irlandiż Higgins f’Mejju li għadda, li se tiġi segwita minn żjara fl-Irlanda mill-President Vella fix-xhur li ġejjin.
Iddiskutew ukoll il-konsegwenzi tal-gwerra fl-Ukrajna, l-importanza tal-istabbiltà fir-reġjun tal-Mediterran, u soluzzjoni dejjiema għall-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq.
Iż-żewġ naħat kellhom kliem ta’ tifħir għall-kooperazzjoni eċċellenti bejn il-missjonijiet permanenti ta’ Malta u tal-Irlanda għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York fid-dawl tal-fatt li Malta ġiet eletta bħala membru mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.