Il-Kumpanija Amazon qalet illi l-email li bgħatet lill-impjegati tagħha – fejn fiha talbithom sabiex ineħħu l-app popolari TikTok minn kwalunkwe aġġeġ diġitali li jista’ jaċċessa l-email tal-kumpanija tagħhom – intbagħtet bi żball.
Matul il-jum tal-Ġimgħa l-impjegati ta’ Amazon ġew mitluba, f’memo interna, biex iħassru l-app – li hija żviluppata minn kumpanija Ċiniża – għal raġunijiet ta’ sigurtà.
Kelliem għall-kumpanija ċaħad li Amazon bidlet xi policies dwar l-użu ta’ TikTok mill-impjegati tagħha. Madanakollu, kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali ppubblikaw il-memo fejn bi kliem ċar tgħid li l-app għandha titneħħa minnufih.
L-app TikTok bħalissa tisab taħt skrutinju dwar biża’ u riskji li l-istess app qed tgħaddi data sensittiva liċ-Ċina.