Dalgħodu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella fetaħ laqgħa ta’ jumejn għall-Ambaxxaturi. Din il-laqgħa ssir kull sena u din is-sena d-diskussjoni se tiffokka fuq il-Presidenza tal-Unjoni Ewropea ta’ pajjiżna s-sena d-dieħla. Fost oħrajn se jkunu diskussa l-loġistika, il-programm kulturali, il-politika u t-taħriġ.
Se jsiru laqgħat ta’ head of missions tul is-sitt xhur tal-Presidenza biex jinfurmaw xi jkun għaddej eżatt waqt il-Presidenza. Tul il-laqgħa tal-ambaxxaturi din is-sena kien hawn preżenti wkoll rappreżentanti importanti fil-qasam tal-kummerċ biex ikunu nfurmati dwar kif jistgħu jippromwovu lil Malta.
Il-Minsitru Vella tkellem dwar il-viżjoni tal-Ministeru fix-xhur li ġejjin. Huwa qal li l-aġenda ta’ politika barranija ta’ pajjiżna se tibqa’ dik li tgħinabiex isaħħaħ l-Unjoni Ewropea fli-stabilità tagħha u biex tassigura li tingħeleb l-instabilità u l-problemi umanitarji mhux mistennija li ħakmu lill-Unjoni Ewropea dan l-aħħar. Tkellem ukoll dwar il-Libja, l-immigrazzjoni u anke tibdil fil-klima. Kollha kwistjonijeit li se jkunu prioritajiet fil-Presidenza ta’ Malta s-sena d-dieħla.