Alpha Table Tennis Club qed iniedi proġett imsejjaħ sabiex persuni li għandhom il-kundizzjoni tal-Parkinson’s ikunu jistgħu jitħarrġu f’dan l-isport. Dan il-proġett hu ffinanzjat mill-Kunsill Malti għas-settur tal-Volontarjat taħt l-Iskema ta’ Inizjattivi żgħar 2024.
L-ewwel attivita’ ta’ dan il-proġett se ssir bejn l-24 u l-25 ta’ Frar li ġej fejn se jiġi organizzat workshop li hu bla ħlas u li se jkun immexxi minn espert tat-terapija sportiva għall-persuni bil-Parkinson’s.
Finalment dan il-klabb qed jaħseb sabiex fix-xhur ta’ wara jiġu organizzati open days li fihom aktar persuni jitħajru jilagħbu t-table tennis.
Għal iktar informazzjoni, wieħed għandu jċempel fuq 79288297 jew jibgħat fl-indirizz elettroniku admin@alphattk.org.