Ġew reġistrati tmienja u disgħin karozza elettrika oħra fit-toroq Maltin.
Dan wara li n-nofs miljun ewro ta’ għotjiet allokati għal din is-sena għax-xiri ta’ vetturi elettriċi ittieħdu kollha sa Lulju.
Hekk kif dawn il-fondi ttieħdu kollha, il-Ministeru għat-Trasport estenda din l-iskena u ħabbar l-allokazzjoni ta’ ħames mitt elf ewro oħra. Skema bil-għan li ttejjeb il-livelli tal-kwalità tal-arja billi tnaqqas vetturi qodma mit-toroq, u tħeġġeġ ix-xiri ta’ vetturi u quadricycles b’batterija elettrika.Applikanti jistgħu jibbenefikaw minn numru ta’ benefiċċji li jlaħħqu sa sebat elef ewro, kif ukoll sa mitejn elf ewro għal kumpaniji kummerċjali.
Il-Ministru Ian Borg fakkar kif il-Gvern huwa kommess mhux biss li joffri disinn infrastrutturali aħjar, imma anke investiment fit-trasport pubbliku u inċentivi għal alternattivi ġodda ta’ trasport privat.
F’dan id-dawl, fakkar kif din is-sena l-Gvern neħħa t-taxxa tar-reġistrazzjoni għal vetturi elettriċi ġodda jew użati.
L-applikazzjoni jiġu kkunsidrati fuq bażi ta’ first come first served, u kumpaniji li diġà bbenefikaw mill-iskema tas-sena l-oħra, huma eliġibbli li jerġgħu jibbenefikaw, sakemm ikunu konformi mar-regolamenti tal-għajnuna mill-istat.