Il-Gvern alloka €2.5 miljun addizzjonali għall-Kunsilli Lokali bil-għan li dawn isebbħu l-lokalità tagħhom.
Huma mmirati għal 28 Kunsill Lokali li sal-aħħar tas-sena li għaddiet kellhom fil-baġit tagħhom inqas minn mitt elf ewro.
Dawn se jirċievu ħamsin elf ewro oħra, biex iwettqu għadd ta’ proġetti fil-lokalitajiet rispettivi.
Apparti dan, hemm nofs miljun oħra allokati għal xi Kunsill Lokali li jkollu xi idea ta’ proġett kbir.
Il-flus għal din l-inizjattiva ġejjin mill-profitti tal-Awtorità tal-Ippjanar.