Is-Segretarju Parlamentari, Ian borg ħabbar l-eżitu ta’ sejħa li saret għall-Kunsilli Lokali u Transport Malta sabiex japplikaw għal Fondi Ewropej u jtejbu t-toroq tal-lokalitajiet tagħhom. Issa se jkunu qed jiġu vverifikati l-applikazzjonijiet u jitħabbru r-riżultati wara l-għażla.
Transport Malta se tkun qed ittejjeb 37 triq li jammonta għal investiment ta’ €12-il miljun u €9.6 miljun minn fondi Ewropej. Tmintax-il Kunsilli Lokali b’86 toroq li jammontaw għal €6.7 miljun. Globali dawn jammontaw għal €18-il miljun.
Ian Borg sostna li llum tħabbar x’irċivejna u issa se jibdew jevalwaw.
Fost it-toroq mgħażulin hemm l-Imtaħleb, iż-żona ta’ St Peters Pool, it-triq ta’ Lapsi, limiti fil-Buskett u t-triq ta’ bejn iż-Żurrieq u Ħal Far.