Fil-Budget għas-sena d-dieħla, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, ħabbar li l-Gvern se jkompli bl-impenn tiegħu biex jindirizza l-inġustizzji tal-imgħoddi permezz ta’ allokazzjoni ta’ €8 miljun.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn se jgawdu l-eks ħaddiema tal-korpi li wara kienu daħlu fis-servizz pubbliku, apprentisti, studenti, u ħaddiema. Flimkien magħhom se jkun hemm l-eks ħaddiema tal-Gas Board.
Se jiġu vvutati wkoll €2 miljun sabiex jiġu indirizzati gradwalment numru ta’ anomaliji oħra, kif imwiegħed fil-manifest elettorali.
Dan ifisser li,, mill-2017 sal-2023 il-Gvern se jkun ta total ta’ €83.5 miljun biex jiġu indirizzati l-inġustizzji li seħħew taħt gvernijiet preċedenti.