10:12 a.m. – Il-Pulizja kkonfermat li ma sabet l-ebda splussiv fuq ir-raġel li ġie arrestat aktar qabel f’operazzjoni kontra t-terroriżmu.
Aktar qabel: Iktar kmieni dalgħodu, il-Pulizija arrestat raġel wara li rċeviet rapporti ta’ suspetti li fuqu kellu ġakketta bl-isplussiv meta kien qed f’City 2, kumpless fiċ-ċentru ta’ Brussell.
It-toroq fil-viċinanzi tal-kumpless jinsabu magħluqin.
F’aħbar li għadha qed tiżviluppa, il-Prim Ministru ta’ Brussell Charles Michel qed jiltaqa’ m’uffiċjali tal-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà.
Wara li l-ġimgħa li għaddiet il-media rrappurtat li l-pulizija Belġjana ċċirkolat memo intern dwar iż-żieda ta’ sigurtà fil-kumplessi ta’ xiri, City 2 saħħet il-miżuri tas-sigurtà.
F’Marzu li għadda seħħew attakki fl-ajruport ta’ Brussell u l-metro tal-belt. Hawnhekk inqatlu 32 persuna, bl-Istati Iżlamiku jerfa’ r-responsabbilità għal dawn l-attakki terroristiċi.