Il-Familja Rjali Ingliża għaddejja b’investigazzjoni u qalet li tinsab imħassba fuq allegazzjonijiet ta’ bbuljar li d-Dukessa Meghan Markle, mart il-Prinċep Harry, għamlet fuq xi ħaddiema.
Dan kollu seħħ ftit jiem qabel ma tixxandar intevista esklussiva fejn il-koppja mistennija tiżvela għaliex ħalliet l-irwol irjali tagħha.
Għal dan, Markle qalet li tinsab iddiżapuntata, ċaħdet din l-aħbar, u saħqet li dan ħarġet biss biex issirilha l-ħsara.