Yostin Andres Mosquera, Kolombjan ta’ 34 sena, ġie arrestat u tressaq il-Qorti fi Bristol fir-Renju Unit mixli bi qtil, wara li nstabu fdalijiet umani ġo bagalji viċin pont.
Dawn il-fdalijiet instabu fejn il-pont u anke fir-residenza tal-akkużat.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żewġ vittmi, żewġ irġiel ta’ 62 u 71 sena, kienu f’relazzjoni fil-passat, imma kienu għadhom jgħixu flimkien.
Għal xi żmien, l-imputat kien ukoll jgħix mal-vittmi.