Raġel inżamm arrestat wara li allegatament iffastidja sesswalment mara, li daħħalha f’bar sabiex jagħtiha l-informazzjoni dwar basket li kien insterqilha.
Aferwerki Teklesember Yohannes, ta’ 41 sena, Eritrean li se jibda’ jaħdem bħala restawratur, ġie mixli b’atti sesswali mingħajr kunsens, b’akkużi li żammha kontra r-rieda tagħha, u li kkawżalha ġrieħi ħfief, u biżà, fost l-oħrajn.
Huwa ġie mixli wkoll li seraq l-arloġġ tal-mara – għal-liema akkużi huwa wieġeb mhux ħati.
Il-każ allegatament seħħ fit-tlieta ta’ Settembru, meta l-mara u s-sieħeb tagħha kienu l-baħar f’Paceville, meta ndunaw li nsterqilha l-basket.
Kien hawn fejn l-imputat qal li huwa kellu informazzjoni dwar min seraq dan il-basket.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.