Anthony Grech ta’ 49 sena li jgħix mill-Madliena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq bosta kundizzjonijiet, wara li tressaq il-Qorti mixli li wettaq b’madwar €110,000 f’miżappropjazzjoni u ħasil ta’ flus b’dannu għall-Fondazzjoni Wens, li tgħin lil persuni b’diżabilità.
Fil-Qorti ġie spjegat li dan l-allegat reat seħħ ħames snin ilu.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Leonard Caruana tah il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €8,000 u garanzija personali ta’ €30,000. Ġew iffrizati wkoll l-assi tal-imputat.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.