Raġel ta’ 43 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm arrestat wara li allegatament weġġa’ gravi lit-tifla tal-eks sieħba tiegħu għax ippruvat tintervjeni f’argument li kellhom.
L-inċident seħħ fir-residenza tal-eks sieħba fil-Fgura waqt li kien qed jgħin f’xi xogħlijiet il-ġimgħa li għaddiet.
Ir-raġel beda din ir-relazzjoni waqt li kien bla xogħol u kien għadu qed jirkupra minn operazzjoni li saritlu. Wara li r-relazzjoni spiċċat, l-akkużat baqa’ jmur għandha fuq talba tagħha stess biex jgħin f’xi xogħlijet fid-dar.
Il-ġimgħa l-oħra, fil-preżenza ta’ bint l-eks sieħba, li għandha 20 sena, l-akkużat ta daqqa lill-eks sieħba b’żewġ kartuniet bajd biex jiċċajta.
B’kumment li għaddiet il-bint, allegatment l-akkużat sar vjolenti u laqgħatha f’wiċċha.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tal-għajnuna legali talbet għal libertà proviżorja u din ma kinitx oġġezzjonata mill-prosekuzzjoni. Il-prosekuzzjoni spjegat li l-akkużat ikkopera sew mal-pulizija.
Wara li semgħet is-sottomisjonijet, il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fid-dawl tan-natura tar-reati u minħabba li l-vittmi għadhom iridu