David Jimenez Madrigal, ta’ 22 sena minn Spanja baqa jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li importa r-reżina tal-Kannabis bil-posta.
Huwa tressaq quddiem il-Qorti mill-Prosekuzzjoni hekk kif ġie spjegat li l-Pulizija tinsab qed tfittex dak li huwa maħsub kompliċi tal-imputat.
Il-Prosekuzzjoni spjegat li uffiċjali tad-Dwana interċettaw il-pakkett indirizzat fi propjetà f’Tas-Sliema. Il-pakkett kien jinvolvi kaxxa tal-logħba LUDO u li fiha kellha 400g reżina tal-Kannabis.
L-imputat ġie arrestat it-Tnejn hekk kif mar biex jiġbor il-pakkett minn Ħal Luqa.
Filwaqt li wieġeb mhux ħati, l-imputat baqa’ jinżamm arrestat filwaqt li l-assi tiegħu ġew iffriżati,