L-attakkant ta’ Hibernians FC Taylon Marcolino allega li ġurnata qabel il-partita deċiżiva ta’ nhar is-Sibt bejn Valletta Football Club u l-istess Hibernians FC, xi ħadd mar id-dar tiegħu u offrielu somma flus sabiex ma jilgħabx fl-istess partita.
Il-plejer qal dan fuq il-paġna personali tiegħu fuq Facebook.
Huwa sostna li ma ried iweġġa lil ħadd meta kien qed jiċċelebra l-gowl li skorja kontra l-istess Valletta iżda għamel dak li għamel sabiex jagħti risposta lil dik il-persuna li offrietlu l-flus.
Marcolino sostna li huwa jħobb ħafna l-logħba tal-futbol u qatt ma kien lest ibiegħ lilu nnifsu.
Huwa mifhum li l-MFA bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha.