Imkejjen infurmati sew b’rabta mal-qtil tal-bieraħ fil-Marsa tkellmu ma’ one.com.mt dwar allegazzjonijiet li qed tagħmel il-persuna li se titressaq il-qorti akkużata bi qtil taż-żagħżugħ ta’ 25 sena lbieraħ.
Qed ikun allegat li l-vittma u persuni li kienu miegħu fil-karozza kienu se jwettqu att kriminali fil-konfront tagħha.
Qed jingħad ukoll li l-qattiel irritalja billi sparat xi tiri, bir-riżultat kien li laqat lil dak li kien fuq is-seat ta’ wara tal-karozza. Il-pulizija kkonfermat ukoll li persuna se titressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin biex tibda tiffaċja l-akkużi ta’ omiċidju.